Marsaskala Parish

St.Anna Parish Church [ Est. 1949 ]

 
2010
24th
Jul

  • Dawl bil-lejl

(Is-Sibt )    Illejla il-Grupp ta’ l-Evanġeliżżazzjoni se jorganiżżaw it-tieni attivita ta’ Dawl bil-Lejl fil-Knisja Parrokkjali.   Il-Knisja terġa tiftaħ fl-10.00.pm. u tgħalaq fis-1.00.am.  Dawk li jixtiequ, ikun ħawn nies imħarġa apposta biex jakkumpanjaw lil dak li jkun fit-talb quddiem Ġesu Espost.

  • Dħul tal-Vara

(Il-Ħadd)    Illum wara il-quddiesa tad 9.15.am. se tidħol l-Istatwa ta’ Sant’ Anna fin-niċċa.   Din il-quddiesa se tkun talba ta’ ringrazzjament ta’ dak kollu li għamel magħna il-Mulej Alla matul din il-Festa ta’ Sant’ Anna.  Nieħdu din l-okkażjoni biex nirringrazzjaw lil kull min ta’ is-sehem tiegħu biex ikollna Festa sabiħa li tixraq lil-Kommunita tagħna.  Il-Quddiem jingħata ir-rendikont kollu tal-Festa.

  • L-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar

Nhar il-Ġimgħa hi l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar.  Wara il-Quddiesa tas-6.30.pm. ikun hawn nofs siegħa Adorazzjoni quddiem Ġesu Espost u nitolbu flimkien għal qdusija tal-Parroċċa.  Se janimaw din l-Adorazzjoni il-Grupp Kariżmatiku tal-Parroċċa.  Nitolbu lill-membri kollha tal-Kunsill Pastorali u l-operaturi pastorali tal-Parroċċa biex jattendu.

  • Festa fil-Bajja ta’ San Tumas

Nhar is-Sibt li ġej se niċċelebraw il-Festa ta’ San Tumas fil-Bajja ta’ San Tumas.    Il-Quddiesa tibda fis-7.00.pm. u wara ikun hemm program ta’ varjeta’.

  • Magħmudija Kommunitarja

Nhar il-Ħadd li ġej se jkun hawn Magħmudija Kommunitarja fil-Quddiesa ta’ l-10.15.am.

  • Attivitajiet Soċjali

Nhar l-Erbgħa  se ssir il-Mawra għal Għawdex mill-Iskola Sajf.  Nitilqu fis-7.30.am. u fid-9.00.am. ikollna il-Quddiesa fis-Santwarju ta’ Pinu. Wara waqfa fir-Rabat immorru Marsalforn u niġu lura mal-vapur tas-6.00.pm..  Din il-mawra hi miftuħa għal kull min irid jiġi magħna.  Biljetti mingħand it-Teaċħers ta’ l-Iskola Sajf fis-Sala Parrokkjali.

Filed under : Uncategorized / By buttar1946 / At 7:24 am / Comments :Comments Off /
 
2006
15th
Sep

Il-grupp li mar Kuba, wasal lura Malta nhar il-Ġimgha 15 ta’ Settembru.

Filed under : Kuba / By admin / At 3:13 pm / Comments :Comments Off /
 
2006
04th
May

Nhar il-Ħamis 4 ta’ Mejju ġiet inawgurata l-wirja ta’ fotografija bit-tema’ L-Ambjent f’ Marsaskala u inħawi mtella mill-Kummissjoni Parrokkjali Ambjent. Wieħed jista’ jżur il-wirja bejn is-6.00pm sad 9.00 pm sa nhar il-Ħadd 7 ta’ Mejju

Filed under : Uncategorized / By admin / At 12:37 am / Comments :Comments Off /