Gruppi Familji Nsara – Grufam
Moviment ta’ Kana
Grupp ta’ Marsascala
______________________________________________________
Il-Grupp Familji Nsara tal-Parroċċa ta’ Marsascala ser jerġa’ jiltaqgħa nhar it-Tnejn 8 ta’ Novembru fis-6.45 ta’ filgħaxija fis-Sala Sant Anna.
Il-Grupp jiltaqgħa kull tieni Tnejn ta’ kull xahar fis-Sala Sant’ Anna tal-Parroċċa.
Għanijiet tal-Gruppi:
1 Jiffurmaw koppji ta’ miżżewġin biex jgħixu l-ispirtu tal-Evanġelu fil-ħajja miżżewġa.
1 Jgħinu lill-membri jagħżlu l-Familja Mqaddsa bħala mudell għalihom.
2 Jiffurmaw komunita’ ta’ koppji biex jgħinu lil xulxin fil-ħajja tagħhom.
3 Jagħtu xhieda ħajja tal-fidi tagħhom billi jkunu sensittivi għall-bżonnijiet ta’ l-oħrajn.
4 Iwettqu ħidma pastorali fil-parroċċa.
5 Jippromwovu s-sbuħija u l-importanza tat-trobbija nisranija ta’ l-ulied.
Il-Familja fil-Komunita’ – mill-Papa Gwanni Pawlu II
“Bħalma Alla għandu pjan għal kull persuna hekk għandu pjan għall-familja. Hi msejjħa biex issir dejjem iżjed dak li hi: jiġifieri komunjoni ta’ ħajja w imħabba. Hija vokazzjoni ġenwina u fiha wkoll missjoni.”
=======================
Mill-Grupp Familji Nsara – MScala – Novembru 2010
Lill-Moviment ta’ Kana – Ghall-Familja Kana
Lill-Gruppi Famiji Nsara tal-Moviment ta Kana
——————————————————————-
Sidna Ġesu Kristu li waqqaft is-sagrament taż-żwieġ, u għanejtu bl-imħabba u l-grazzja kbira tiegħek, nebbaħ lill-irġiel u nisa Maltin biex jgħarfu is-sbuħija taż-żwieġ nisrani, jagħżluh, jaħdmu għalih u jgħixuh, bejniethom, u ma wliedhom, fil-familja, matul ħajjithom kollha. Ieqaf magħhom fil-ferh u fit-tiġrib kollu tal-familja tagħhom għal ħajjithom kollha.
Tista’ tipprintja kopja ta’ din it-Talba : Talba għall-vokazzjoni għaż-Żwieġ Nisrani
