Marsaskala Parish

St.Anna Parish Church [ Est. 1949 ]

 
2008
16th
Sep

Is-Seminars “Ħajja Ġdida fl-Ispirtu” huma introduzzjoni għal ħajja ġdida mgħixa fil-qawwa ta l-Ispirtu Qaddis. Huma jipprovdu opportunita’ għal min irid isir jaf aktar fuq din il-ħajja, u jgħinu lil min irid li jkollu relazzjoni ġdida ma’ Ġesu’ Kristu.

Is-Seminars jispjegaw kif in-nisrani jista’ jitgħammed fl-Ispirtu u jista’ jirċievi esperjenza ġdida u ħajja fil-qawwa u fid-doni ta; l-istess Spirtu Qaddis.

It-temi trattati fis-seminars huma:

L-imħabba t’ Alla
“Għax Alla hekk ħabb lid-dinja li ta lil Ibnu l-waħdieni, biex kull min jemmen fiH ma jintilifx, iżda jkollu l-ħajja ta’ dejjem..” ĠW 3:16

Audio clip: Adobe Flash Player (version 9 or above) is required to play this audio clip. Download the latest version here. You also need to have JavaScript enabled in your browser. Taħdita mogħtija minn Arthur Cassar dwar din it-tema (18/02/2004)

Salvazzjoni
“Huwa ħelisna mill-ħakma tad-dlam u daħħalna fis-saltna ta’ Ibnu l-maħbub, li fiH għandna l-fidwa, il-maħfra tad-dnubiet.” Kolossin 1:13-14

Audio clip: Adobe Flash Player (version 9 or above) is required to play this audio clip. Download the latest version here. You also need to have JavaScript enabled in your browser. Taħdita mogħtija minn John Zammit dwar din it-tema (25/02/2004)

Il-ħajja l-ġdida
“Jiena ġejt biex ikollkom il-ħajja, u ħajja bil-kotra.” Ġwanni 10:10

Audio clip: Adobe Flash Player (version 9 or above) is required to play this audio clip. Download the latest version here. You also need to have JavaScript enabled in your browser. Taħdita mogħtija dwar din it-tema (03/03/2004)

Nilqgħu ir-rigal t’Alla
“Min jieħdu l-għatx, jiġi għandi u jixrob. Kif tgħid l-Iskrittura, min jemmen fiha, minnu joħorġu xmajjar ta: ilma ħaj. Dan qalu għall-Ispirtu li kellhom jirċievu dawk li jemmnu fiH, għax l-Ispirtu kien għad ma ngħatalhomx billi Ġesu’ kien għadu ma ġiex igglorifikat.” Ġwanni 7:37-38

Audio clip: Adobe Flash Player (version 9 or above) is required to play this audio clip. Download the latest version here. You also need to have JavaScript enabled in your browser. Taħdita mogħtija minn Rennie Azzopardi dwar din it-tema (10/03/2004)

Il-Magħmudija fl-Ispirtu
“Ix-xewqat tal-ġisem iwasslu għall-mewt; ix-xewqat ta; l-Ispirtu jwasslu għall-ħajja u s-sliem.” Rumani 8:6

Audio clip: Adobe Flash Player (version 9 or above) is required to play this audio clip. Download the latest version here. You also need to have JavaScript enabled in your browser. Taħdita mogħtija minn Dr. John Bonnici Mallia dwar din it-tema (17/03/2004)

L-Iżvilupp
“Jien id-dielja, intom il-friegħi. Min jibqa’ fija u jiena fih dan jagħmel ħafna frott; għax mingħajri ma tistgħu tagħmlu xejn.” Ġwanni 15:5

Audio clip: Adobe Flash Player (version 9 or above) is required to play this audio clip. Download the latest version here. You also need to have JavaScript enabled in your browser. Taħdita mogħtija minn Ms Denise Mintoff dwar din it-tema (24/03/2004)

Bidla fi Kristu
“Miniex ngħid li jiena ġa ksibtu, jew li jien ġa perfett. Imma nross ‘il-quddiem biex naħtaf dan, bħalma Kristu Ġesu’ ġa ħataf lili.” Filippin 3:12

Audio clip: Adobe Flash Player (version 9 or above) is required to play this audio clip. Download the latest version here. You also need to have JavaScript enabled in your browser. Taħdita mogħtija minn Edward dwar din it-tema (01/04/2004)

Filed under : / By admin / At 7:39 pm / Comments :Comments Off /